|
ARISTHOT /INTERNUM: XJENZI FIL-MEDITERRAN
Strutturar tal-baċin Mediterran bl-iżvillupp tal-wirt xjentifiku komuni fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran bl-użu tal-għodda tas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni
L-iskopp tal-programm Xjenzi fil-Mediterran hu li jiżvilluppa s-solidarjetà kulturali tal-pajjiżi fuq il-Baħar Mediterran billi jiffaċilita għal kulħadd it-tiftix tal-wirt komuni.
Ix-Xjenzi fil-Mediterran kienu sa minn dejjem raġuni ta’ bdil ta’ idejat fost il-pajjiżi tal-Mediterran; għalhekk jidher li hu bżonnjuż li wieħed jagħmel magħrufin l-esperjenzi ta’ dan il-bdil bl-iżvillupp ta’ ġabra (corpus) testwali u ikonografika tax-Xjenzi fil-Medierran, ħaġa li llum hi possibli fis-Soċjetà ta’ Informazzjoni.
L-iskopp tad-diġitaliżazzjoni tal-wirt dokumentarju hu l-bdil u t-tixrid aħjar tal-memorja komuni fil-pajjiżi fuq iż-żewġ naħat tal-Baħar Mediterran.
Il-proġett Xjenzi fil-Mediterran għandu bħala skopp li jiżvilluppa, permezz tal-għodda ta’ l-SI, il-wirt xjentifku (kotba, manuskritti, arkivji, dokumenti grafiċi, ritratti, vidjo, u reġistrazzjonijiet) komuni għaż-żewġ naħat tal-Baħar Mediterran.
Fost it-temi tal-proġett, hemm:
- ix-xjenzi tan-Natura, tal-Matematika, ta’ l-Astronomija, u tal-Botanija;
- ix-xjenzi applikati, bħal Mediċina, Farmaċija, u Veterinarja
- ix-xjenzi tradizzjonali, bħall-Alkemija, it-Tħabbir tal-Futur, u l-Esoteriċiżmu; u
- ix-xjenzi awżiljarji għall-istorja, bħall-Arkeoloġija, il-Palaeografija, il-Kodiċi, is-Siġilli, u n-Numismatika.
ARISTHOT – INTERNUM : Xjenzi fil-Mediterran hi magħmula minn erbatax-il istituzzjoni, għaxra minnhom mill-Unjoni Ewropeja, u erbgħa mill-MEDA.
|